Għanja 24
Żomm Ħarstek fuq ir-Rigal!
1. Hekk kif dawk għomja lkoll jaraw
U t-torox smigħ se jingħataw,
Hekk kif deżert jisbieħ bil-fjur
U mill-art niexfa l-ilma jfur,
Bħal ċerv b’ferħ jaqbeż il-magħtub,
Qatt mill-għeżież ma tkun mifrud;
Barkiet se tara fil-futur,
Jekk fuq ir-rigal ħarstek tkun.
2. Hekk kif b’kant mutu jġib tifħir
U jerġaʼ x-xiħ żagħżugħ isir,
Hekk kif l-art tagħti minn kull frott
U kull ġid hija tibqaʼ trodd,
Jinstemaʼ l-kant tat-tfal flimkien,
Bil-ferħ u paċi kullimkien,
Lill-mejjet int se tara jqum,
Jekk fuq ir-rigal ħarstek tkun.
3. Ma’ lpup jimirħu n-nagħ’ġ fis-sliem,
Lill-għoġol m’ors tarah f’daż-żmien,
Xi tifel ċkejken jiggwid’hom,
Ilkoll jobduh hekk kif jirgħ’hom.
Bid-dmugħ ma tara żgur lil ħadd,
Għax biżaʼ, wġigħ ma jkun hemm qatt;
Żgur tara l-barka t’Alla tfur,
Jekk fuq ir-rigal ħarstek tkun.
(Ara wkoll Is. 11:6-9; 35:5-7; Ġw. 11:24.)