Għanja 31
Aħna x-Xhieda taʼ Ġeħova!
1. Statwi jqimu n-nies tal-ġnus,
L-Alla l-veru mhux meqjus.
Dak li Jistaʼ Kollox,
Wera l’hu glorjuż.
L-allat l-oħra bla valur
Ma jafux x’ġej fil-futur.
Lix-xhieda tagħhom ma jsibuhomx,
Għax setgħa t’Alla dawn m’għandhomx.
(KOR)
Xhieda taʼ Ġeħova lkoll
Mingħajr biżaʼ nwettqu x-xogħ’l.
Kbir Alla tagħna hu fit-tbassir;
Kulma jgħid dejjem isir.
2. Ismu b’ħeġġa inxandruh,
Bi kburija fama ntuh.
U l-messaġġ tas-Saltna
Bil-kuraġġ naqsmuh.
B’hekk oħrajn jaraw qegħdin
Li bil-verità ħelsin.
Hekk kif jissaħħu b’ilħna tant sbieħ
Magħna jingħaqdu f’kant taʼ ġieħ.
(KOR)
Xhieda taʼ Ġeħova lkoll
Mingħajr biżaʼ nwettqu x-xogħ’l.
Kbir Alla tagħna hu fit-tbassir;
Kulma jgħid dejjem isir.
3. ’L Alla nfaħħru bix-xandir,
Jindaf ismu mit-tmaqdir
Waqt li nwissu l-ħżiena
Li jtuh tant tkażbir.
Jaħfer lin-nies Alla jrid,
Jekk iduru lejh mill-ġdid.
B’hekk l-ippritkar iġib ferħ u sliem,
B’tama li ngħixu lkoll bla tmiem!
(KOR)
Xhieda taʼ Ġeħova lkoll
Mingħajr biżaʼ nwettqu x-xogħ’l.
Kbir Alla tagħna hu fit-tbassir;
Kulma jgħid dejjem isir.
(Ara wkoll Is. 37:19; 55:11; Eżek. 3:19.)