Għanja 3
“Alla Hu Mħabba”
1. Alla jħobb, jistieden lilna,
‘Triqti imxu fiha llum.’
Jekk inħobbu ’l Alla w ’l għajrna,
B’atti sbieħ nimlewh il-jum.
F’dan jinsab il-mod kif ngħixu;
F’dan jinsab il-ver’ għajxien.
Din l-imħabba bħal taʼ Kristu
Ma tħallina fl-ebda żmien.
2. Lilna lkoll imħabbtu tqanqal;
Biex inħobbu tgħinna wkoll.
Meta naqgħu żgur li jgħinna;
B’ħiltu aħna nqumu lkoll.
Din l-imħabba mhix għajjura;
Tħenn, tistabar, pura hi.
Jalla nħobbu ’l ħutna iżjed.
Naħsdu l-frott li tagħti din.
3. La tħallix ir-rabja taħkmek;
U ċċedix għal li trid hi.
Dur lejn Alla ħa jmexxik hu;
Dejjem jgħallmek id-digriet.
Ħobb lil Alla w ħobb lil għajrek,
Sħiħa trid l-imħabba tkun.
Jalla nuru ’l għajrna mħabba
Bħal dik t’Alla lkoll kuljum.
(Ara wkoll Mk. 12:30, 31; 1 Kor. 12:31–13:8; 1 Ġw. 3:23.)