Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 44

Bil-Ferħ Nieħdu Sehem fil-Ħsad

Bil-Ferħ Nieħdu Sehem fil-Ħsad

(Mattew 13:1-23)

1. Qed ngħixu fiż-żmien taʼ ħsad dinji

U ebda unur bħalu m’hemm.

Ħassada hemm l-anġli taʼ Alla;

F’dax-xogħ’l aħna wkoll nieħdu seh’m.

Ġesù Kristu ħalla l-eżempju

Għax fl-għalqa kien minn taʼ quddiem.

Kbir il-privileġġ li jagħtina lkoll

Li seh’m bil-ferħ nieħdu flimkien.

2. L-imħabba għall-proxxmu w għal Alla

Tqanqalna biex nagħfsu ’l quddiem.

Il-ħsad u x-xandir ferm urġenti

Għaliex qiegħed joqrob it-tmiem.

Il-ferħ illi niksbu bla qies hu;

Lil Alla fix-xogħ’l nappoġġaw.

Għalhekk nissaportu f’tas-Saltna x-xogħ’l

U tiegħu il-barka naraw.