Għanja 7
Dedikazzjoni Kristjana
(Ebrej 10:7, 9)
1. Ġeħova kien dak li ħalaq
Dan l-univers grandjuż,
Is-sema tiegħu w anki l-art;
Għemil idejh prezzjuż.
In-nifs tal-ħajja hu jagħti
U juri lill-ħolqien
Li hu biss jixraqlu kull tifħir;
Il-qima nagħtuh flimkien.
2. Ġesù ġol-ilma ġie mgħammed
Għax ried ġustizzja jġib.
B’talb ferm solenni ’l Alla qal:
‘Se nagħmel li int trid.’
Xħin mill-Ġordan huwa tela
Bin Alla sar Midluk.
Hu jobdi u jaqdi b’lealtà
Lil Jah dedikat sar hu.
3. Quddiemek niġu Ġeħova,
B’tifħir u b’kull unur.
Ġwejdin, ħajjitna niċħdu w lejk
Niddedikawha żgur.
Int tajt lil Ibnek ewlieni,
Li ħallas prezz tant kbir.
Għalina infusna ma ngħixux,
Għax tiegħek ħajjitna ssir.
(Ara wkoll Mt. 16:24; Mk. 8:34; Lq. 9:23.)