Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 95

“Duqu u Araw li Ġeħova Hu Tajjeb”

“Duqu u Araw li Ġeħova Hu Tajjeb”

(Salm 34:8)

1. Nitgħaxxqu f’li naqdu ’l Alla;

Kbir hu l-privileġġ fl-ippritkar.

Nużaw il-ħin sew; l-aħjar ’l Alla ntuh.

Ferm għad hemm x’jintlaħqu bl-aħbar.

(KOR)

Tgħid Kelmet Alla: ‘Duqu w araw​—

Tajjeb Ġeħova; stkenn fih.’

Jekk lejh devoti nkunu henjin;

Ċerti li l-aqwa tajnieh.

2. Min għażel karriera m’Alla

B’teżori w barkiet kbar ifur.

Kuntent hu ikun b’li għandu kuljum

Għax għal kull bżonn lejn Alla jdur.

(KOR)

Tgħid Kelmet Alla: ‘Duqu w araw​—

Tajjeb Ġeħova; stkenn fih.’

Jekk lejh devoti nkunu henjin;

Ċerti li l-aqwa tajnieh.