Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 107

Ejjew Lejn il-Muntanja taʼ Ġeħova

Ejjew Lejn il-Muntanja taʼ Ġeħova

(Isaija 2:2-4)

1. Erfaʼ ħarstek illum

Il fuq mill-għoljiet tant kbar.

Hemm hi l-muntanja t’Alla

Li tgħolliet f’dan il-jum.

Jiġu l-popli mill-bogħ’d,

Minn kull tarf tal-art ġejjin.

Jgħidu: “Lkoll ejjew, aqdu

‘W obdu ’l Alla kuljum.’

Issa dan huwa ż-żmien

Biex iż-żgħir isir ġens kbir, setgħan

B’t’Alla l-gwida w barkiet

Qed niżdiedu tassew b’mod kotran.

Lejh miljuni resqin;

Jaċċettaw li hu s-Sovran.

L Alla ma jwarrbuh qatt;

Leali minn jum għal jum.

2. Kristu tana il-kmand

Biex immorru nippritkaw.

L-aħbar tajba tas-Saltna

Tilħaq trid lill-bnedmin.

Kristu jsaltan minn fuq

U jħeġġiġna nersqu lejh.

L-umli widen jagħtuh

U b’kelmet Alla mexjin.

Hu taʼ ferħ li naraw

Folla kbira li tkompli tiżdied!

Iva lkoll għandna seh’m

Ngħinu n-nies m’Alla sew jagħmlu ħbieb.

Ejja nsejħu ’l kulħadd

B’leħen għoli ngħidu dan:

‘Ejja f’t’Alla l-muntanja;

Tibqaʼ din tul is-snin.’