Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 133

Fittex lil Alla Biex Jeħilsek

Fittex lil Alla Biex Jeħilsek

(Sofonija 2:3)

1. Spiċċa tal-ġnus iż-żmien.

Dawn ngħaqdu ilkoll flimkien;

Lil Bin Ġeħova ma jridux.

Għalhekk resqin lejn it-tmiem.

Lil kull ħakkiem uman

Daqt jeqred Ġesù s-Sultan.

Is-Saltna t’Alla għal dejjem tkun;

Hi biss se ġġib kull serħan.

(KOR)

Lil Alla fittex; lejh int dur

B’fiduċja li jeħilsek żgur.

Uri fedeltà

Għas-Sovranità.

Miegħu żomm għax hu ferm setgħan.

Jeħilsek Alla jekk is-sew

Tfittex b’mod ħerqan.

2. Jagħżlu n-nies kbar u żgħar

Jilqgħux huma din l-aħbar.

Jiċħdux kburin jew jaċċettawx

Din l-għażla noffru f’kull dar.

Hemm provi tant ebsin,

Però m’aħniex beżgħanin.

Ġeħova tagħna se jismaʼ t-talb;

Hu jieħu ħsieb lill-ġwejdin.

(KOR)

Lil Alla fittex; lejh int dur

B’fiduċja li jeħilsek żgur.

Uri fedeltà

Għas-Sovranità.

Miegħu żomm għax hu ferm setgħan.

Jeħilsek Alla jekk is-sew

Tfittex b’mod ħerqan.