Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 69

Għarrafni Triqatek

Għarrafni Triqatek

(Salm 25:4)

1. O Alla Ġeħova flimkien miġburin

Għax inti bi mħabba stidintna.

Musbieħ Kelmtek hi u dawl għal triqitna;

Permezz tagħha inti tgħallimna.

(KOR)

Nifhem irrid; għallimni triqtek int

Biex nobdi sew il-kmand li b’għerf għamilt.

Fil-verità mexxini tul it-triq;

U b’hekk nitgħaxxaq b’Kelmtek, O Ħallieq.

2. O Alla l-ġudizzji kbar tiegħek nafdaw;

Bla tarf u profond huwa għerfek.

Dak kollu li tgħid hu veru w dejjiemi;

Tal-għaġeb tassew hija Kelmtek.

(KOR)

Nifhem irrid; għallimni triqtek int

Biex nobdi sew il-kmand li b’għerf għamilt.

Fil-verità mexxini tul it-triq;

U b’hekk nitgħaxxaq b’Kelmtek, O Ħallieq.