Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 10

Hawn Jien! Lest Biex Immur”

Hawn Jien! Lest Biex Immur”

(Isaija 6:8)

1. In-nies qed jitfgħu kull tmaqdir,

Fuq Alla w ismu li hu kbir.

Kull iblah ipinġih kattiv

“Jgħid li Jah dgħajjef, mhux attiv.

Min sejjer jagħti ’l ismu ġieħ?

Min kant glorjuż lilu joffrih?

“Hawn jien, Mulej! Lest biex immur.

Bil-lealtà ngħannilek żgur.

(Kor)

M’hemmx unur li hu akbar minn dan.

Jiena hawn! Lest biex immur.”

2. Isostnu wħud li Alla trux;

Il-biżaʼ t’Alla ma jafux.

Xi nies imilu lejn xbihat;

Oħrajn iqimu lill-Istat.

Min sejjer jgħid lill-ħżiena x’ġej?

Dwar jum il-gwerra tal-Mulej?

“Hawn jien Mulej! Lest biex immur.

Twissija nxandar bil-fervur.

(Kor)

M’hemmx unur li hu akbar minn dan.

Jiena hawn! Lest biex immur.”

3. Jitnikktu ferm l-uħud ġwejdin.

Il-ħżiena joktru wisq qegħdin.

Minn qalb sinċiera jfittxu lkoll

Triq Alla li ġġib paċi wkoll.

Min se jġib faraġ lill-ġwejdin?

U jgħinhom f’li jsiru twajbin?

“Hawn jien Mulej! Lest biex immur.

Ngħin lil dak umli lejk idur.

(KOR)

M’hemmx unur li hu akbar minn dan.

Jiena hawn! Lest biex immur.”

(Ara wkoll Salm 10:4; Eżek. 9:4.)