Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 60

Hu Se Jsaħħek

Hu Se Jsaħħek

(1 Pietru 5:10)

1. Mhux għalxejn Alla lilek tak il-verità;

Sejjaħlek hu mid-dlam għad-dawl sabiħ.

Dan kien għax f’qalbek ra kemm xtaqt u kont ħerqan

Li tfittxu w tagħmel kulm’ hu sew bis-sħiħ.

Fit-talb wegħedtu li twettaq li jrid hu;

Kif għenek qabel jibqaʼ jgħinek żgur.

(KOR)

Ta’ Alla issa inti, għax xtrak Hu b’demm Ġesù.

Għalhekk se jissodak; se jsaħħek; ċert int kun.

Iħarsek u jmexxik kif għamel dejjem żgur hu;

Tassew se jissodak; se jsaħħek; ċert int kun.

2. Lil maħbub Ibnu Alla tah mill-qalb għalik;

Tirnexxi jridek żgur, meta tqis dan.

La ma żammx lura l-għotja t’Ibnu tant għażiż,

Bla dubju jagħtik saħħa b’mod kotran.

Xi mħabba w fidi wrejt hu ma jinsiex.

Lil dawk li huma Tiegħu jieħu ħsieb.

(KOR)

Ta’ Alla issa inti, għax xtrak Hu b’demm Ġesù.

Għalhekk se jissodak; se jsaħħek; ċert int kun.

Iħarsek u jmexxik kif għamel dejjem żgur hu;

Tassew se jissodak; se jsaħħek; ċert int kun.