Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 116

Id-Dawl Qed Jitqawwa

Id-Dawl Qed Jitqawwa

(Proverbji 4:18)

1. Dwar Kristu, it-tama li hemm għall-ħolqien,

Kemm xtaqu jitgħallmu l-profeti!

L-ispirtu taʼ Alla rrivela x’kien ġej:

Il-Kristu sabiex ħelsien jagħti.

Iż-żmien li l-Messija fuq l-art jaħkem ġie;

Ferm ċara l-preżenza naraw.

Kbir hu l-privileġġ li nitgħallmu dwar dan;

L-anġli wkoll dan jixtiequ jaraw!

(KOR)

Id-dawl fi triqitna llum tqawwa;

Qegħdin nimxu lkoll f’dawl il-jum.

Ejjew araw Alla x’qed juri;

F’kull pass jiggwidana hu llum.

2. Maħtur mill-Mulej l-ilsir taʼ min jafdah;

Jitmagħna fil-waqt b’ikel tant bnin.

Dawl il-verità qed jitqawwa maż-żmien,

U jqanqal il-qalb u l-moħħ f’kull ħin.

Triqitna tiddawwal u l-passi ssodaw;

Qed nimxu f’dawl qawwi tal-jum.

Dan grazzi ’l Ġeħova, s-Sors tal-verità,

Grati ferm nimxu f’triqtu illum.

(KOR)

Id-dawl fi triqitna llum tqawwa;

Qegħdin nimxu lkoll f’dawl il-jum.

Ejjew araw Alla x’qed juri;

F’kull pass jiggwidana hu llum.