Għanja 80
Il-Kwalità tat-Tjubija
1. It-tjubija taʼ Ġeħova
Tul ħajjitna x’hena ġġib.
Tagħna Hu l-Missier tas-sema;
Kulma jagħmel hu taʼ ġid.
Kemm ħniniet kbar hu jurina
Lanqas biss nimmaġinaw!
Ferm jistħoqqlu l-qima tagħna
U b’ferħ lilu naduraw.
2. Hu ħalaqna fuq xbihatu;
Nistgħu b’hekk nikkultivaw
Kull virtù li mżejjen biha
U tjubitu nimitaw.
Ejja noktru fit-tjubija;
Nsiru mbagħ’d iktar nixbhuh.
Ħa nitolbu għall-ispirtu
Biex il-frott tiegħu nuruh.
3. Min fil-fidi jiġi minna,
L-għeżież ħutna nħobbu lkoll;—
Biss ejjew ħa nagħmlu t-tajjeb
Ma’ kulħadd dejjem ukoll.
M’oħrajn naqsmu l-aħbar tajba
Ma’ kull opportunità.
Ħa tkun sħiħa b’hekk tjubitna
W ma nurux parzjalità.
(Ara wkoll Salm 103:10; Mk. 10:18; Gal. 5:22; Efes. 5:9.)