Għanja 50
Il-Mudell Divin tal-Imħabba
1. Ġeħova l-Missier, b’għerf ferm kbir hu tana
Xempju bnin,
Ferm divin,
Ta’ mħabba mill-qalb biex hu jiggwidana,
B’hekk ma naqgħux,
B’hekk ma naqgħux.
Ta’ Alla it-triq, bil-ħlewwa tiġbidna;
Tas-sewwa it-triq għal xogħ’l bnin tħeġġiġna;
Din twassal għas-sliem, b’hekk lilna tgħaqqadna.
Alla iħobb.
Tassew Alla jħobb.
2. Jekk nimxu f’dit-triq, l-imħabba għal ħutna
Tkun mill-qalb,
Żgur mill-qalb;
U b’hekk f’kull għemil l-imħabba tħeġġiġna
Ngħinu ’l xulxin,
Ngħinu ’l xulxin;
Din tgħinna ninsew kull imperfezzjoni,
Tgħin biex nuru lkoll il-ver’ affezzjoni,
Tgħin biex lill-Missier nixbhuh f’kull azzjoni,
Lill-aħwa żgur,
Inħobbu b’fervur.
3. L-imħabba għal Jah, naqduh din tqanqalna
Tul il-jiem,
Bla waqfien.
Nobdu żgur bil-ferħ, bil-ħeġġa w minn qalbna,
B’kant infaħħruh,
B’kant infaħħruh.
Dwar Alla l-aħbar ħa tiġi pritkata;
U il-verità b’hekk tiġi ċċarata.
Kull ħidma għal Jah hi minna ferm stmata,
B’dal-mod int tħobb.
Bħal Alla trid tħobb.
(Ara wkoll Rum. 12:10; Efes. 4:3; 2 Pt. 1:7.)