Għanja 79
Il-Qawwa tal-Qalb Tajba
1. Henjin li l-Mulej Ġeħova nafuh
Għax Kelmtu turi dan:
Għalkemm hu setgħan u għaref tassew,
F’qalb tajba u mħabba kotran.
2. Ġesù jgħid lil min hu mgħobbi w għajjien
Sabiex dan għandu jmur.
Ħafifa t-tagħbija tiegħu se tkun.
Hu ġwejjed; serħan jagħti żgur.
3. X’eżempju ħallew kemm Alla w Ġesù
Li nistgħu nimitaw.
F’dak kollu li nagħmlu bħalhom ukoll
Qalb tajba w mogħdrija nużaw.
(Ara wkoll Mik. 6:8; Mt. 11:28-30; Kol. 3:12; 1 Pt. 2:3.)