Għanja 124
Ilqagħhom bl-Ospitalità
1. Ġeħova ospitabbli w sinċier ukoll.
Mhuwiex parzjali; hu jieħu ħsiebna lkoll.
Hu ma jċaħħad lil ħadd
mix-xita w xemx, le qatt;
Lil qalbna jferraħ b’ikel kuljum.
Jekk ħniena lill-batut nuru lkoll bla qies,
Lil Alla nimitaw bħala wlied għeżież.
Missierna jrodd bil-kbir għall-ġid li minna jsir
Biss jekk sinċiera l-qalb tajba tkun.
2. X’ġid joħroġ inti qatt ma tkun tistaʼ tgħid
Jekk tara ’l min fil-bżonn u pront lilu tgħin.
Biex ospitabbli tkun
int tgħinu bla ma ddum
Fil-bżonn tiegħu, avolja stranġier.’
Bħal Lidja għid il-kliem: ‘F’dari strieħ ħabib.
Min jiġi għandek sliem u tant kenn isib.
Missierna jaf bl-eżatt kull sforz tiegħek, kull att,
Biex bħalu turi ħniena bil-kbir.
(Ara wkoll Atti 16:14, 15; Rum. 12:13; 1 Tim. 3:2; Ebr. 13:2; 1 Pt. 4:9.)