Għanja 109
Ilqgħu l-Ewwel Imwieled taʼ Ġeħova!
1. ’L Bin Ġeħova ilqgħu!
Ta’ Alla s-Sultan maħtur.
Bil-ħaqq u s-sew isaltan;
Ħakmietu b’barkiet se tfur.
Lill-isem Alla hu jħobb.
U b’dinjità ħerqan;
Jivvindika ’l Ġeħova
Għax Hu il-kbir Sovran.
(KOR)
L Bin Ġeħova ilqgħu!
Kien l-ewwel fost il-ħolqien.
Fuq Sijon issa tqiegħed
Faħħruh għax sar hu l-ħakkiem!
2. ’L Bin Ġeħova ilqgħu!
Biex ngħixu, għalina miet.
Tant umli, pprovda l-fidwa;
B’hekk jaħfer Jah id-dnubiet.
L-għarusa mżejna bl-abjad,
Lil Kristu tistennieh.
Daż-żwieġ li jseħħ fis-sema
Lil Alla se jtih ġieħ.
(KOR)
L Bin Ġeħova ilqgħu!
Kien l-ewwel fost il-ħolqien.
Fuq Sijon issa tqiegħed
Faħħruh għax sar hu l-ħakkiem!