Għanja 129
Inżommu mat-Tama Tagħna sat-Tmiem
1. Ilu il-bniedem fid-dlam iteftef fl-għama;
Kollox hu frugħa għax jiġri wara r-riħ.
Midneb il-bniedem; ma hemmx kbir jew għani,
Li jistaʼ jsalva ’l min jafda fih.
(KOR)
Kanta ferħan; ħatar Alla Sultan!
Bil-ħakma taʼ Ibnu se jseħħ Tiegħu l-għan.
Daqt ġej ħelsien; flok il-ħażen is-sliem.
Dit-tama, bħal ankra, iżżommna sat-tmiem.
2. Din l-aħbar tajba tgħid: “Qrib hu il-jum t’Alla!
Ħadd iktar ma jistaqsih: “O kemm se ddum?”
Daqt il-ħolqien jokrob mhux se jitħalla.
Faħħar lil Alla b’din l-għanja llum.
(KOR)
Kanta ferħan; ħatar Alla Sultan!
Bil-ħakma taʼ Ibnu se jseħħ Tiegħu l-għan.
Daqt ġej ħelsien; flok il-ħażen is-sliem.
Dit-tama, bħal ankra, iżżommna sat-tmiem.
(Ara wkoll Ħab. 1:2, 3; Salm 27:14; Ġoel 2:1; Rum. 8:22.)