Għanja 67
Itlob lil Ġeħova Kuljum
1. Dur lejn Ġeħova, hu jismaʼ it-talb.
Dwar ismu nixhdu b’unur u mill-qalb.
Aqsam kull ħsieb miegħu bħala ħabib.
Lilu int afda w lejh ersaq ferm qrib
B’talb lil Ġeħova kuljum.
2. Ħajr lil Ġeħova għax aħna ħajjin.
Maħfra nitolbu għax naħfru ’l xulxin.
Jaf li lkoll trab; ngħixu grazzi għalih.
L Alla afdah, kull dnub stqarr int bis-sħiħ
F’talb lil Ġeħova kuljum.
3. B’talb lejn Ġeħova dur xħin għawġ issib.
Tagħna l-Missier żgur ikun dejjem qrib.
Kenn u għajnuna fih fittex ħerqan;
Dejjem afdah bla ma tkun qatt beżgħan
F’talb lil Ġeħova kuljum.
(Ara wkoll Mt. 6:9-13; 26:41; Lq. 18:1.)