Għanja 56
Jekk Jogħġbok Ismaʼ Talbi
(Salm 54)
1. Ismaʼ Missier din l-għanja taʼ talb.
Kbir int O Alla; nqimek mill-qalb.
M’hemmx paragun għal ismek grandjuż.
(KOR)
Jah ismaʼ talbi għax int grazzjuż.
2. Grazzi għażiż Missier taʼ dal-jum,
Ħajja u gwida tagħti kuljum.
Int tieħu ħsiebi b’mod ġeneruż.
(KOR)
Jah ismaʼ talbi għax int grazzjuż.
3. Nagħmel is-sew Mulej jien nixtieq!
Għinni biex nibqaʼ miexi fit-triq.
Saħħa agħtini meta ansjuż.
(KOR)
Jah ismaʼ talbi għax int grazzjuż.
(Ara wkoll Eżo. 22:27; Salm 106:4; Ġak. 5:11.)