Għanja 48
Kuljum Nimxu ma’ Ġeħova
1. Id f’id mal-għażiż Missierna,
Miegħu nimxu lkoll kuljum ġwejdin.
Għandu ħniena mhix mistħoqqa
Li jurina jekk fis-sew mexjin!
Hu provvediment kien għamel
Biex ħbieb tiegħu nibqgħu żgur.
B’hekk niddedikaw irwieħna;
Minn Ġeħova ħadd m’għandu jdur.
2. F’dal-jiem taʼ ġudizzju dinji,
Hekk kif tmiem id-dinja fil-viċin,
Niffaċċjaw oppożizzjoni,
Tistaʼ ġġegħ’lna nkunu beżgħanin.
Imma hu taʼ kenn Ġeħova;
Qribu rridu nibqgħu żgur
Biex għal dejjem naqdu lilu.
B’lealtà imħabbitna tfur.
3. Alla pprovda tant għajnuna
Tana ’l Kelmtu u l-ispirtu wkoll,
Tana il-kongregazzjoni,
Tana t-talb li bih jismagħna lkoll.
Hekk kif nimxu ma’ Ġeħova,
Jgħinna nagħmlu kulm’ hu rett,
Jgħinna nkunu qalbna tajba;
B’mod modest nimxu f’kull aspett.
(Ara wkoll Ġen. 5:24; 6:9; 1 Slat. 2:3, 4.)