Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 94

Kuntenti bl-Għotjiet Tajbin Mingħand Alla

Kuntenti bl-Għotjiet Tajbin Mingħand Alla

(Ġakbu 1:17)

1. Kull għotja tajba u rigal

Perfett, kull mhu taʼ ġmiel,

Dak li hu siewi verament,

Minn fuq ġej, mill-Missier.

Hu mhux bħal dell; ma jiċċaqlaqx,

Għax ma jinbidel qatt.

Ġeħova, s-Sors tad-dawl u l-ħajja,

Jipprovdi għal kulħadd.

2. M’għandniex għalfejn li ninkwetaw

X’se jkollna bżonn illum.

Għax nafu kemm iħobbna dak

Li jitmaʼ t-tjur kuljum.

Fuq li hu fieragħ ma ninħlewx,

Fuq dak li jġib uġigħ.

Minflok, henjin b’kull għotja t’Alla,

Se ngħixu ħsiebna Fih.

3. Kulm’ huwa kbir f’għajn il-bnedmin

Għal Alla ma jiswiex.

Nużaw iż-żmien li għandna sew

F’dak li ma jintesiex.

Ħa naħżnu għana m’Alla li

L-mewt qatt ma tistaʼ ttemm.

Għajn sempliċi se tgħinna nibqgħu

Kuntenti b’tagħna s-seh’m.