Għanja 122
Mirjadi t’Aħwa
1. Ara mirjadi kbar t’aħwa;
Tistaʼ miljuni tgħodd.
Kull wieħed xhud leali,
L-integrità jżomm sod.
Dejjem qegħdin niżdiedu;
Folla b’saħħitha sew
Minn kull ġens, poplu, tribù, u lsien.
L Alla nfaħħruh ejjew.
2. Aħna mirjadi kbar t’aħwa;
Naqsmu man-nies l-aħbar.
“Ma’ kullimkien inxandru”
Dwar ħaġa wisq aħjar.
Din ħafna jixtiquha;
B’hekk nibqgħu għaddejjin.
Għad li negħjew nafu li Ġesù
Serħ jagħti ’l-imħabbtin.
3. Aħna mirjadi kbar t’aħwa;
Taħt t’Alla il-ħarsien.
Naqdu fil-btieħi tiegħu
Fl-art dejjem bla waqfien.
Iva, mirjadi nxandru
Tas-Saltna dal-messaġġ;
Aħna ħaddiema sħab m’Alla lkoll,
Fuq l-art naqduh b’kuraġġ.
(Ara wkoll Is. 52:7; Mt. 11:29; Riv. 7:15.)