Għanja 83
Neħtieġu r-Rażan
1. ’L Alla inħobbu bil-qalb, moħħ u ruħ;
Ir-rażan neħtieġu għax aħna nonqsuh.
Ħsieb fuq il-laħam, gwaj u tiġrib.
Ħsieb fuq l-ispirtu il-ħajja jġib.
2. Nases minn Satana kemm niffaċċjaw,
U għax midinbin nistgħu spiss niżvijaw.
B’moħħna w bil-verità d-dnub nirbħuh
B’hekk lil Ġeħova żgur ħajr nagħtuh.
3. Nagħtu unur ’l-isem t’Alla tant kbir,
Bi kliemna w b’għemilna inġibu tifħir.
Għal dan il-għan nirsistu qegħdin:
Rażan ħa nuru ilkoll f’kull ħin.
(Ara wkoll l-1 Kor. 9:25; Gal. 5:23; 2 Pt. 1:6.)