Għanja 33
Tibżgħux Minnhom!
1. Ibqaʼ ħabrek, poplu tiegħi,
Xandar dwar is-Saltna mur;
Tibżax mill-għadu għajjur.
Lill-ġwejdin għid illi żgur
Ibni Kristu Ġesù jaħkem,
Lejn l-art waddab lix-Xitan,
U dalwaqt se jorbtu sewwa
Biex kulħadd isib serħan.
(KOR)
Għeżież tiegħi, tibżgħux minnhom,
Bil-ftaħir ma jagħmlu xejn.
Lil-leali jien inħobbhom
Daqs il-mimmi tal-għajnejn.
2. Għalkemm hemm ħafna għedewwa
Li b’theddid u bit-tgħajjir,
Bit-tbissim u bil-ftaħir,
U bil-qerq jieħdu pjaċir.
O gwerriera tant leali,
La tibżgħux mir-rabja tfur,
Għaliex miegħi inħaddankom
Sa ma r-rebħa tagħna tkun.
(KOR)
Għeżież tiegħi, tibżgħux minnhom,
Bil-ftaħir ma jagħmlu xejn.
Lil-leali jien inħobbhom
Daqs il-mimmi tal-għajnejn.
3. La qatt taħsbu li ninsiekom;
Jien għalikom tarka w sur.
Għalkemm wieħed jistaʼ jmut,
Il-mewt lili ċċedi żgur.
Tibżgħux jekk joqtlu lill-ġisem
Bla ma jistgħu joqtlu r-ruħ.
Sat-tmiem ibqgħu ferm leali
U l-għan tagħkom żgur tilħquh!
(KOR)
Għeżież tiegħi, tibżgħux minnhom,
Bil-ftaħir ma jagħmlu xejn.
Lil-leali jien inħobbhom
Daqs il-mimmi tal-għajnejn.
(Ara wkoll Dt. 32:10; Neħ. 4:14; Salm 59:1; 83:2, 3.)