Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 136

Bil-lest is-Saltna hi—Ħa tiġi!

Bil-lest is-Saltna hi—Ħa tiġi!

Niżżel:

(Rivelazzjoni 11:15; 12:10)

  1. Ġeħova, minn dejjem int kont:

    Setgħan, glorjuż, etern.

    ʼL-​għażiż Ibnek tajtu it-​tron;

    Hu jmexxi dan il-​gvern.

    Is-​Saltna twaqqfet fis-​smewwiet,

    Se timla l-​art b’sliem u barkiet.

    (KOR)

    Għax issa se naraw

    Is-​Saltna, il-​qawwa, ʼl-​ħelsien.

    Bil-​lest is-​Saltna hi.

    “Ħa tiġi!” nitolbu flimkien.

  2. Għalkemm ngħixu f’jiem taʼ inkwiet,

    Ma niffokawx fuq dan

    Għax nafu li dan għal ftit biss—

    Qrib hu t-​tmiem tax-​Xitan.

    Is-​Saltna twaqqfet fis-​smewwiet,

    Se timla l-​art b’sliem u barkiet.

    (KOR)

    Għax issa se naraw

    Is-​Saltna, il-​qawwa, ʼl-​ħelsien.

    Bil-​lest is-​Saltna hi.

    “Ħa tiġi!” nitolbu flimkien.

  3. Fis-​sema b’ferħ l-​anġli jkantaw

    Għax tkeċċa ix-​Xitan.

    Hu twaddab lejn l-​art għal ftit żmien;

    Fis-​sema hemm serħan!

    Is-​Saltna twaqqfet fis-​smewwiet,

    Se timla l-​art b’sliem u barkiet.

    (KOR)

    Għax issa se naraw

    Is-​Saltna, il-​qawwa, ʼl-​ħelsien.

    Bil-​lest is-​Saltna hi.

    “Ħa tiġi!” nitolbu flimkien.