Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 140

Il-ħajja taʼ pijunier

Il-ħajja taʼ pijunier

Niżżel:

(Ekkleżjasti 11:6)

  1. Hekk kif jisbaħ jum ġdid, għalkemm għadn’ għajjenin,

    Xorta mmorru inxandru

    għax nobdu qegħdin lill-​Ħallieq.

    U fit-​talb nitolbuh jgħinna nibqgħu henjin,

    Għax hemm min jieqaf ftit,

    w oħrajn jibqgħu mexjin tul it-​triq.

    (KOR)

    Għalik ngħixu, O Jah.

    Mill-​qalb nagħżlu dit-​triq.

    Kulma titlob mingħandna nagħmluh.

    Nissaportu fix-​xogħ’l,

    Kemm jekk xita jew xemx.

    Dan hu mod kif kuljum ngħidu lkoll: “Inħobbuk.”

  2. U fit-​tmiem taʼ kull jum, meta x-​xemx tinżel sew,

    Għalkemm ferm għajjenin

    xorta se nithennew żgur fil-​qalb.

    B’din il-​ħajja kburin, dejjem nagħtu l-​aħjar.

    Ngħidu grazzi kuljum

    ’l Alla għal barkiet kbar f’tagħna t-​talb.

    (KOR)

    Għalik ngħixu, O Jah.

    Mill-​qalb nagħżlu dit-​triq.

    Kulma titlob mingħandna nagħmluh.

    Nissaportu fix-​xogħ’l,

    Kemm jekk xita jew xemx.

    Dan hu mod kif kuljum ngħidu lkoll: “Inħobbuk.”