Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 145

Nippreparaw biex nippritkaw

Nippreparaw biex nippritkaw

Niżżel:

(Ġeremija 1:17)

  1. Kif naraw

    Jum ieħor ġdid,

    Lesti mmorru nippritkaw.

    Imma msaħħab sew,

    Nieżla x-xita, u l-bard!

    Għandna mnejn ngħidu: “Ikun aħjar

    nibqa’ d-dar!”

    (KOR)

    Ħsieb pożittiv, preparazzjoni,

    Talb mill-qalb bla waqfien.

    Nirnexxu b’hekk f’kull sitwazzjoni

    W nibqgħu beżlin.

    Bl-anġli, Ġesù se jiggwidana​—​

    Waħdu ma jħalli ’l ħadd.

    U b’xi ħabib jimmotivana,

    Ma naqgħu qatt.

  2. Daqt naraw

    Kemm niksbu ferħ

    Jekk inħejju ruħn’ għax-xogħ’l.

    Alla jagħti kas

    Kull sforz li ġej mill-qalb.

    Ix-xogħ’l li nagħmlu ma jinsieh qatt;

    dan hu fatt.

    (KOR)

    Ħsieb pożittiv, preparazzjoni,

    Talb mill-qalb bla waqfien.

    Nirnexxu b’hekk f’kull sitwazzjoni

    W nibqgħu beżlin.

    Bl-anġli, Ġesù se jiggwidana​—​

    Waħdu ma jħalli ’l ħadd.

    U b’xi ħabib jimmotivana,

    Ma naqgħu qatt.