Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 152

Ġeħova jqawwina, ifarraġna, u jtina tama

Ġeħova jqawwina, ifarraġna, u jtina tama

Niżżel:

(Proverbji 14:26)

  1. O Ġeħova, lilna tama tajt,

    kemm hi għal qalbna din!

    Hija tama eċċitanti

    li nxandru lill-​bnedmin.

    Biss kultant, dil-​ħajja ġġib l-​inkwiet

    u ninħakmu mill-​beżgħat.

    Tiddgħajfilna mbagħ’d it-​tama

    li qabel tant spikkat.

    (KOR)

    Int tqawwina, tfarraġna, b’hekk fik nafdaw

    b’fiduċja li tgħinna b’kull mod.

    Fl-​ippritkar, fit-​tagħlim,

    aħna fik nafdaw

    għax minna żgur qatt

    m’int ’il bogħʼd.

  2. O Jah, għinna qatt ma ninsew dan:

    tfarraġna int kuljum.

    Meta ngħaddu mill-​problemi,

    int tgħinna bla ma ddum.

    Ħsibijiet bħal dawn iqawwu ’l-​qalb,

    sodi nsiru lkoll bħal blat.

    B’hekk noħorġu ħalli nxandru

    lil ismek maʼ kulħadd.

    (KOR)

    Int tqawwina, tfarraġna, b’hekk fik nafdaw

    b’fiduċja li tgħinna b’kull mod.

    Fl-​ippritkar, fit-​tagħlim,

    aħna fik nafdaw

    għax minna żgur qatt

    m’int ’il bogħʼd.