Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 153

Kif tħossok int dwar dan?

Kif tħossok int dwar dan?

Niżżel:

(Ebrej 13:15)

  1. Kif tħossok int dwar dan,

    li tipprietka b’mod ħerqan?

    Biex issalva n-​nies stinkajt

    u għamilt kulma stajt.

    M’Alla qed taħdem int

    fl-​aqwa xogħʼl—minn dan konvint.

    Huwa jagħżel mill-​bnedmin

    lil dawk ’l uħud ġwejdin.

    (KOR)

    Nifirħu żgur u nithennew

    minkejja li kultant ngħejew.

    Għalhekk ħa nkomplu ntuh tifħir

    għal dejjem—xi pjaċir!

  2. Kif tħossok int dwar dan,

    kliemek jistaʼ jġib serħan

    lil dawk illi jagħmlu s-​sew

    u l-​verità fittxew?

    Hemm min idur mit-​triq,

    jagħti dahru lill-​Ħallieq.

    Xorta nkomplu fix-​xandir

    u nfaħħru ’l ismu l-​kbir.

    (KOR)

    Nifirħu żgur u nithennew

    minkejja li kultant ngħejew.

    Għalhekk ħa nkomplu ntuh tifħir

    għal dejjem—xi pjaċir!

  3. Kif tħossok int dwar dan,

    li qed jgħinek is-​Sovran

    u li fdak hu b’dan ix-​xogħʼl

    illi qed nagħmlu lkoll?

    B’ferħ aħna nippritkaw,

    kliem grazzjuż u sod nużaw.

    Ejja nfittxu lill-​ġwejdin

    għax qrib it-​tmiem qegħdin.

    (KOR)

    Nifirħu żgur u nithennew

    minkejja li kultant ngħejew.

    Għalhekk ħa nkomplu ntuh tifħir

    għal dejjem—xi pjaċir!