Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 100

Ilqagħhom bl-ospitalità

Ilqagħhom bl-ospitalità

(Atti 17:7)

  1. 1. Ġeħova ospitabbli b’sinċerità,

    Hu jieħu ħsiebna lkoll, m’hemmx parzjalità.

    Hu ma jċaħħad lil ħadd

    mix-​xita w xemx, le, qatt;

    Lil qalbna jferraħ b’ikel kuljum.

    Jekk ħniena lill-​batut nuru lkoll bla qies,

    Lil Alla nimitaw bħala wlied għeżież.

    Missierna jrodd bil-​kbir

    għall-​ġid li minna jsir,

    Biss jekk sinċiera l-​qalb tajba tkun.

  2. 2. X’ġid joħroġ inti qatt ma tkun tistaʼ tgħid

    Jekk tara ’l min fil-​bżonn u pront lilu tgħin.

    Biex ospitabbli tkun,

    int tgħinu bla ma ddum

    Fil-​bżonn tiegħu, avolja stranġier.

    Bħal Lidja għid il-​kliem: ‘F’dari strieħ ħabib.’

    Min jiġi għandek sliem u tant kenn isib.

    Missierna jaf bl-​eżatt

    kull sforz tiegħek, kull att,

    Biex bħalu turi ħniena bil-​kbir.