Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 105

“Alla hu mħabba”

“Alla hu mħabba”

(1 Ġwanni 4:7, 8)

  1. 1. Alla jħobbna, Hu jħeġġiġna:

    ‘Triqti imxu fiha llum.’

    Jekk inħobbu ’l Alla w ’l għajrna,

    B’atti sbieħ nimlewh il-​jum.

    F’dan jinsab il-​mod kif ngħixu;

    F’dan jinsab il-​ver’għajxien.

    Din l-​imħabba bħal taʼ Kristu

    Ma tħallina fl-​ebda żmien.

  2. 2. Lilna lkoll imħabbtu tqanqal;

    Biex inħobbu tgħinna wkoll.

    Meta naqgħu Alla jgħinna;

    B’ħiltu aħna nqumu lkoll.

    Din l-​imħabba mhix għajjura;

    Tħenn, tistabar, pura hi.

    Jalla nħobbu ’l ħutna iżjed;

    Naħsdu l-​frott li tagħti din.

  3. 3. La tħallix ir-​rabja taħkmek;

    U ċċedix għal li trid hi.

    Dur lejn Alla ħa jmexxik hu.

    Dejjem jgħallmek id-​digriet:

    ‘Ħobb lil Alla w ħobb lil għajrek,

    Sħiħa trid l-​imħabba tkun.’

    Jalla nuru ’l-​proxxmu mħabba

    Bħal dik t’Alla lkoll kuljum.