GĦANJA 110
“Il-ferħ taʼ Ġeħova”
-
1. Juru s-sinjali li twaqqfet is-Saltna.
Din l-aħbar naqsmu maʼ kulħadd.
Ħarsu ’il fuq, araw is-salvazzjoni;
Żmien il-ħelsien żgur ġej dalwaqt.
(RITORNELL)
Il-ferħ taʼ Ġeħova l-qawwa tagħna.
Leħinna ngħollu b’kant ferrieħ.
Bit-tama thennew, qalb grata uru lkoll.
’L Alla tagħna ntuh tifħir bil-ġieħ.
Il-ferħ taʼ Ġeħova hu fortizza.
Setgħetu nippritkaw lin-nies.
Lil Alla s-Sultan kull devozzjoni ntuh.
Ferħ divin f’ħidmitna jkun bla qies.
-
2. Lejh duru intom li tħobbu ’l Ġeħova.
La tibżgħu xejn, fih biss afdaw.
Qumu w kantaw, bħar-ragħ’d għollu leħinkom;
Għanja taʼ ferħ ’l Alla kantaw.
(RITORNELL)
Il-ferħ taʼ Ġeħova l-qawwa tagħna.
Leħinna ngħollu b’kant ferrieħ.
Bit-tama thennew, qalb grata uru lkoll.
’L Alla tagħna ntuh tifħir bil-ġieħ.
Il-ferħ taʼ Ġeħova hu fortizza.
Setgħetu nippritkaw lin-nies.
Lil Alla s-Sultan kull devozzjoni ntuh.
Ferħ divin f’ħidmitna jkun bla qies.
(Ara wkoll l-1 Kron. 16:27; Salm 112:4; Lq. 21:28; Ġw. 8:32.)