GĦANJA 115
Gratitudni għall-paċenzja t’Alla
-
1. Alla Ġeħova, kbir u setgħan,
Int tħobb is-sew, urejtna dan.
L-art hi mimlija b’nies mill-agħar,
Dan inikkitna bħalma taf.
Int paċenzjuż, m’intix qed iddum,
Daqt kontra n-nies mill-agħ’r int se tqum.
(RITORNELL)
B’tama ’l quddiem se navanzaw,
Lilek infaħħru w nirringrazzjaw.
-
2. F’ħarstek, elf sena jum bħall-oħrajn,
Bħal jum li jgħaddi f’ħakka t’għajn.
Għal jumek kbir qrib huwa ż-żmien;
Se jasal żgur mingħajr dewmien.
Inti tistmerr id-dnub tal-bnedmin,
Iżda kemm tifraħ b’dawk li nedmin!
(RITORNELL)
B’tama ’l quddiem se navanzaw,
Lilek infaħħru w nirringrazzjaw.
(Ara wkoll Neħ. 9:30; Lq. 15:7; 2 Pt. 3:8, 9.)