GĦANJA 117
Il-kwalità tat-tjubija
-
1. O Ġeħova, Alla twajjeb,
Kemm beriktna tul is-snin!
Int qaddis, tħobb, u leali;
Mogħdijietek ferm tajbin.
Ħniena kbira int turina,
Lanqas biss nimmaġinaw!
Ferm jistħoqqlok li ntuk qima
U b’ferħ lilek naduraw.
-
2. Il-bnedmin li għażilt inti,
Dit-tjubija jimitaw;
Kemm fi kliemhom u għemilhom
U hekk kif dawn jippritkaw.
Int tagħtina kulm’hu tajjeb,
Fosthom ragħ’jja u tagħlim.
Għandna bżonn l-ispirtu tiegħek
Ħalli nkunu nies twajbin.
-
3. Jah, berkilna kull att tajjeb
U, jekk jogħġbok, tinsieh qatt.
Ngħożżu ’l ħutna b’mod speċjali
W nagħmlu t-tajjeb maʼ kulħadd.
Mal-familja u maʼ ħutna,
Fuq ix-xogħ’l u mal-ġirien,
B’dak l-ispirtu qawwi tiegħek
Nagħmlu t-tajjeb kullimkien.
(Ara wkoll Salm 103:10; Mk. 10:18; Gal. 5:22; Efes. 5:9.)