Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 118

“Agħtina iktar fidi”

“Agħtina iktar fidi”

(Luqa 17:5)

  1. 1. Għax aħna imperfetti, O Ġeħova,

    Tinġibed qalbna mill-​ħażin u l-​gwaj.

    W hemm ċertu dnub li faċli ifixkilna—

    Nuqqas taʼ fidi fik, int l-​Alla l-​ħaj.

    (RITORNELL)

    Agħtina iktar fidi, O Ġeħova.

    Jekk jogħġbok, għinna fejn aħna neqsin.

    Agħtina iktar fidi, skont ħninietek

    Biex nonorawk bil-​kliem, bl-​għemil, f’kull ħin.

  2. 2. Bla fidi, impossibbli nogħġbuk sewwa.

    Li int tippremja l-​fidi nemmnu żgur.

    Bħal tarka l-​fidi tagħna hi refuġju.

    B’din sodi lkoll, bla biża’ mill-​futur.

    (RITORNELL)

    Agħtina iktar fidi, O Ġeħova.

    Jekk jogħġbok, għinna fejn aħna neqsin.

    Agħtina iktar fidi, skont ħninietek

    Biex nonorawk bil-​kliem, bl-​għemil, f’kull ħin.