Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 127

It-tip taʼ persuna li għandi nkun

It-tip taʼ persuna li għandi nkun

(2 Pietru 3:11)

  1. 1. X’nistaʼ rroddlok lura, Ġeħova x’nagħtik

    Sabiex niżżik ħajr għax jien ngħix grazzi għalik?

    Lejn Kelmtek indur ħalli nifli lil qalbi;

    B’mod ċar għinni nara min jien—dan hu talbi.

    (BRIDGE)

    Jien wegħ’dtek li ħajti nuż’ha biex naqdik.

    Però mhux dover biss dak li nagħmel għalik.

    B’qalb sħiħa u b’ruħi naqdik għax irrid.

    Nixtieq m’għadd t’oħrajn inferrħek, O Sid.

    2. Għinni biex infittex, biex nara bla xkiel,

    It-​tip taʼ persuna li tixtieqni nkun jien.

    Ferm tgħożż b’lealtà ’l min leali lejk jibqaʼ;

    Ħa nkun jien fost min bil-​ferħ lil qalbek jimla.