GĦANJA 135
L-appell mill-qalb taʼ Ġeħova: “Ibni, kun għaref”
-
1. Agħtuni qalb sħiħa,
żagħżugħa u żagħżugħ,
Biex ’l-għadu kbir tiegħi
tweġiba f’waqtha ntuh.
Taqdini minn qalbek kuljum;
minn dan konvint;
U turi ’l kulħadd
li għalija trid tgħix int.
(RITORNELL)
Ibni maħbub, binti l-għażiża,
Ferraħli qalbi w għaref kun.
Int lest biex taqdini b’qalb sħiħa,
Minn jeddek b’hekk tfaħħarni llum.
-
2. Kun hieni u ifraħ
għax ħeġġa nara fik;
Jekk forsi titfixkel,
għajnuna żgur nagħtik.
Jekk bniedem jipprova
iqarraq bik b’xi mod,
Nixtieqek tistabar
għax minnek jien mhux bogħ’d.
(RITORNELL)
Ibni maħbub, binti l-għażiża,
Ferraħli qalbi w għaref kun.
Int lest biex taqdini b’qalb sħiħa,
Minn jeddek b’hekk tfaħħarni llum.
(Ara wkoll Dt. 6:5; Ekk. 11:9; Is. 41:13.)