GĦANJA 137
Aħwa Kristjani, nisa leali
-
1. Anna, Marija, Ester, Rut, u Sara—
Nisa kapaċi w fiż-żwieġ leali wkoll.
Ħajja devota lejn Alla għexu lkoll.
Fedeltà urew, u b’hekk mhux minsijin.
Hemm oħrajn għeżież tant għal Ġeħova;
Fidi soda kellhom għalkemm mhux magħrufin.
-
2. Qalb tajba, lealtà, kuraġġ, u mħabba;
Kemm mixtiqin huma dal-kwalitajiet!
Nisa mill-aqwa jfakkruk f’dal-virtujiet;
Xempji mill-aħjar li aħna napprezzaw.
Intom aħwa nisa, agħmlu bħalhom,
Kunu ferm leali, b’hekk lilkom nimitaw.
-
3. Jekk int miżżewġa, omm, bint, oħt, jew armla,
Minn jeddkom taħdmu, kull xogħ’l tagħmluh henjin.
B’qalb sottomessa, modesti u beżlin,
Billi togħġbu ’l Alla, kunu qalbenin.
Daqt tirċievu l-premju, aħwa nisa;
Ħa jżommkom Ġeħova ferm sodi fit-twemmin.
(Ara wkoll Flp. 4:3; 1 Tim. 2:9, 10; 1 Pt. 3:4, 5.)