GĦANJA 142
Inżommu mat-tama tagħna sat-tmiem
-
1. Ilu il-bniedem fid-dlam iteftef fl-għama;
Kollox hu frugħa u ġiri wara r-riħ.
Kollha ’mperfetti, u m’hawn l-ebda bniedem
Li jistaʼ jsalva ’l min jafda fih.
(RITORNELL)
Kanta ferħan; ħatar Alla Sultan!
Bis-Saltna taʼ Ibnu se jseħħ Tiegħu l-għan.
Daqt ġej ħelsien; Flok il-ħażen is-sliem.
Dit-tama, bħal ankra, iżżommna sat-tmiem.
-
2. Din l-aħbar tajba tgħid: “Qrib hu il-jum t’Alla!”
Ħadd iktar ma jistaqsih: “O kemm se ddum?”
Daqt il-ħolqien jokrob mhux se jitħalla.
Faħħar lil Alla b’din l-għanja llum.
(RITORNELL)
Kanta ferħan; ħatar Alla Sultan!
Bis-Saltna taʼ Ibnu se jseħħ Tiegħu l-għan.
Daqt ġej ħelsien; Flok il-ħażen is-sliem.
Dit-tama, bħal ankra, iżżommna sat-tmiem.
(Ara wkoll Salm 27:14; Ekk. 1:14; Ġoel 2:1; Ħab. 1:2, 3; Rum. 8:22.)