GĦANJA 143
Ibqa’ ħabrek, għasses, u stenna
-
1. Ġeħova jwettaq l-għan tiegħu
Fiż-żmien li hu magħżul minnu
U jidher ċar li l-jum tiegħu
Qed joqrob u m’hemmx dewmien.
(RITORNELL)
Ibqa’ ħabrek u għasses u stenna
U mbagħ’d żgur int se tithenna
F’ħajja mill-isbaħ bla tmiem.
-
2. Ġesù s-Sultan maħtur t’Alla
Hu lest biex joħroġ jiggwerra.
Se jtemm lil kull min jopponi
U jeqred lil kull ħakkiem.
(RITORNELL)
Ibqa’ ħabrek u għasses u stenna
U mbagħ’d żgur int se tithenna
F’ħajja mill-isbaħ bla tmiem.
-
3. Għalkemm bħalissa nokorbu,
Bil-fidi lkoll nissaportu.
Għax Armageddon fuq l-għatba
U lilna se ġġib ħelsien.
(RITORNELL)
Ibqa’ ħabrek u għasses u stenna
U mbagħ’d żgur int se tithenna
F’ħajja mill-isbaħ bla tmiem.
(Ara wkoll Mt. 25:13; Lq. 12:36.)