GĦANJA 25
Proprjetà speċjali
-
1. All’għandu ħlejjaq ġodda—
Bnedmin mill-art mixtrijin.
U bl-ispirtu taʼ Alla
Saru wlied midlukin.
(RITORNELL)
Jissejħu lkoll b’ismek,
Proprjetà speċjali dawn
Imħabba juruk żgur,
B’hekk huma jfaħħruk u jippritkaw.
-
2. Ġens qaddis t’Alla huma,
Li jgħożżu il-verità.
Minn ġod-dlam Hu sejħilhom;
Dawl tal-għaġeb hu ta.
(RITORNELL)
Jissejħu lkoll b’ismek,
Proprjetà speċjali dawn
Imħabba juruk żgur,
B’hekk huma jfaħħruk u jippritkaw.
-
3. B’ħeġġa lin-nagħ’ġ qed jiġbru,
Dax-xogħ’l jagħmluh b’fedeltà.
Jobdu dejjem lill-Kristu
U juruh lealtà.
(RITORNELL)
Jissejħu lkoll b’ismek,
Proprjetà speċjali dawn
Imħabba juruk żgur,
B’hekk huma jfaħħruk u jippritkaw.
(Ara wkoll Is. 43:20b, 21; Mal. 3:17; Kol. 1:13.)