GĦANJA 27
Jiġu rrivelati wlied Alla
-
1. Wasal iż-żmien biex juri Jah
Min huma l-magħżulin.
Maʼ Kristu jsaltnu mis-smewwiet,
Dawn spirti setgħanin.
(RITORNELL)
Flimkien maʼ Kristu, dawn l-ulied
Jintgħarfu minna lkoll.
Jingħaqdu maʼ dan ir-Rebbieħ
U jaqsmu l-premju wkoll.
-
2. Ġesù li hu s-Sultan u s-Sid,
Lil ħutu jsejjaħ daqt.
Lill-fdal li għadhom hawn fuq l-art,
Jiġborhom hu fil-waqt.
(RITORNELL)
Flimkien maʼ Kristu, dawn l-ulied
Jintgħarfu minna lkoll.
Jingħaqdu maʼ dan ir-Rebbieħ
U jaqsmu l-premju wkoll.
(BRIDGE)
Maġenb Ġesù jitqabdu dawn
Fil-gwerra fl-aħħar jum.
Iż-żwieġ ferrieħi mal-Ħaruf,
Eternità se jdum.
(RITORNELL)
Flimkien maʼ Kristu, dawn l-ulied
Jintgħarfu minna lkoll.
Jingħaqdu maʼ dan ir-Rebbieħ
U jaqsmu l-premju wkoll.
(Ara wkoll Dan. 2:34, 35; 1 Kor. 15:51, 52; 1 Tess. 4:15-17.)