GĦANJA 33
Ixħet toqlok fuq Ġeħova
(Salm 55)
-
1. Ismaʼ talbi, O Ġeħova,
Minni tinħebiex, Sovran.
Ara l-ansjetà ġo fija;
Għinni biex ma nkunx beżgħan.
(RITORNELL)
Ixħet toqlok fuq Ġeħova;
Protezzjoni hu dejjem se jtik.
Hu jsalvak għax tant leali;
Lilu afda, ħa jsosntnik.
-
2. Kieku nistaʼ, bħal ħamiema,
Mill-periklu ’l bogħ’d intir.
Jien protett inkun mill-ħżiena;
Tiegħi int refuġju ssir.
(RITORNELL)
Ixħet toqlok fuq Ġeħova;
Protezzjoni hu dejjem se jtik.
Hu jsalvak għax tant leali;
Lilu afda, ħa jsosntnik.
-
3. Sors taʼ faraġ hu Ġeħova,
Sliem iġib u wkoll serħan.
Jgħinna nġorru t-toqol tagħna;
Kemm iħobbna l-kbir Sovran.
(RITORNELL)
Ixħet toqlok fuq Ġeħova;
Protezzjoni hu dejjem se jtik.
Hu jsalvak għax tant leali;
Lilu afda, ħa jsosntnik.
(Ara wkoll Salm 22:5; 31:1-24.)