Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 37

Naqdu lil Ġeħova b’ruħna kollha

Naqdu lil Ġeħova b’ruħna kollha

(Mattew 22:37)

  1. 1. O Mulej Sovran Ġeħova,

    Lilek inħobb u rrid li nobdik.

    Devozzjoni sħiħa ħaqqek;

    Int Alla tiegħi, kuljum naqdik.

    Tfakkirietek tant jien inħobbhom;

    Ma’ kull kmand se nibqa’ nżomm sod.

    (RITORNELL)

    O Ġeħova, int jistħoqqlok

    Li b’ruħi kollha nkun lejk devot.

  2. 2. Xogħ’l idejk, Missier, ifaħħrek.

    L-​art u s-​smewwiet ġieħ lilek jagħtuk.

    Jien se nagħmel kulma nistaʼ

    Biex nibqaʼ nxandar ’l ismek sabiħ.

    Jien se nqimek tul ħajti kollha;

    Jalla nkun leali b’kull mod.

    (RITORNELL)

    O Ġeħova, int jistħoqqlok

    Li b’ruħi kollha nkun lejk devot.