Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 4

“Ġeħova huwa r-Ragħaj tiegħi”

“Ġeħova huwa r-Ragħaj tiegħi”

(Salm 23)

  1. 1. Ġeħova huwa r-​Ragħ’j tiegħi;

    Fejn jimxi jien se nsegwih.

    Kull tama, xewqa, w kulmʼgħandi bżonn

    Hu dejjem ikun jaf bih.

    Fl-​għelieqi jħaddru jmexxini,

    Fejn nikseb il-​barka w kenn.

    Jiggwidani dejjem bi mħabbtu stess

    Fejn sliem u serħan żgur hemm.

    Hu jiggwidani bi mħabbtu stess

    Fejn sliem u serħan żgur hemm.

  2. 2. Kemm huma ġusti triqatek;

    Kull waħda iġġib serħan.

    B’hekk għinni nimxi bil-​fedeltà,

    B’tifħir ’l ismek kbir, Sovran.

    Bl-​għasluġ ir-​ragħaj iħarisni,

    Fil-​post taʼ dlam kbir hu qrib,

    B’hekk imbeżżaʼ jien qatt ma nkun għaliex

    Int Alla u wkoll Ħabib.

    Imbeżżaʼ jien qatt ma nkun għaliex

    Int Alla u wkoll Ħabib.

  3. 3. Ġeħova inti r-​Ragħ’j tiegħi;

    Tmexxini f’post taʼ mistrieħ.

    Tagħmilli l-​qalb u ssaħħaħni ferm;

    Kull bżonn tiegħi tieħu ħsieb.

    It-​tama tiegħi bħal ankra,

    U fik jien nittama żgur.

    Int tħarisni dejjem bil-​lealtà

    U mħabbtek għalija tfur.

    Tħarisni dejjem bil-​lealtà

    U mħabbtek għalija tfur.

(Ara wkoll Salm 28:9; 80:1.)