GĦANJA 45
Il-meditazzjoni taʼ qalbi
-
1. Ħa jkun kull ħsieb fil-fond tal-qalb,
Fuqiex nimmedita mal-jum,
Pjaċevoli għalik, Mulej;
Fi triqtek b’hekk jien sod inkun.
Jekk moħħi jkun mifni bl-inkwiet
U l-lejl ma jġib ebda mistrieħ,
Imbagħ’d nimmedita fil-pront
Fuqek u fuq is-sew bis-sħiħ.
-
2. Jekk ħsiebi pur u veru jkun;
Jekk naħseb f’dak li hu virtù
U f’kulma fama tajba jġib—
Bil-paċi żgur din qalbi tfur.
Prezzjużi ħsibijietek ferm!
O Alla, l-għadd tagħhom tant kbir.
Għalhekk, nimmedita mill-qalb;
Bi kliemek medhi jien insir.
(Ara wkoll Salm 49:3; 63:6; 139:17, 23; Flp. 4:7, 8; 1 Tim. 4:15.)