GĦANJA 6
Is-smewwiet jiddikjaraw il-glorja t’Alla
(Salm 19)
-
1. Is-sema juri l-glorja taʼ Ġeħova.
Ix-xogħol kbir taʼ idejh
jispikka fis-smewwiet.
Il-qawwa w l-għerf tiegħu jidhru kuljum.
Nagħtuh tifħir għax f’kull għemil,
Imħabbtu intweriet.
-
2. Il-liġi taʼ Ġeħova hi perfetta;
Bi tfakkirietu hu
jagħtina għerf irid.
Kull kmandament hu nadif, ġust, u rett.
Hu jġib serħan u ferħ kotran;
O kemm jagħmlilna ġid.
-
3. Il-biżaʼ t’Alla pur; għal dejjem jibqaʼ.
Ferm iktar minn deh’b fin
hi Kelmtu fil-valur.
Kull kmand li jlissen hu gwida u kenn.
Lil ismu kbir nagħtuh tifħir;
Jistħoqqlu tant unur.
(Ara wkoll Salm 111:9; 145:5; Riv. 4:11.)