GĦANJA 80
“Duqu u araw li Ġeħova hu tajjeb”
-
1. Nitgħaxxqu f’li naqdu ’l Alla;
Kemm hu privileġġ l-ippritkar!
Nużaw il-ħin sew; l-aħjar ’l Alla ntuh.
Għad hemm ħafna x’nilħqu bl-aħbar.
(RITORNELL)
Tgħid Kelmet Alla: ‘Duqu w araw—
Tajjeb Ġeħova; stkenn fih.’
Jekk lejh devoti nkunu henjin;
Ċerti li l-aqwa tajnieh.
-
2. Min għażel karriera m’Alla,
B’teżori w barkiet kbar ifur.
Kuntent int se tkun b’li għandek kuljum
Jekk għal kull bżonn lejn Alla ddur.
(RITORNELL)
Tgħid Kelmet Alla: ‘Duqu w araw—
Tajjeb Ġeħova; stkenn fih.’
Jekk lejh devoti nkunu henjin;
Ċerti li l-aqwa tajnieh.
(Ara wkoll Mk. 14:8; Lq. 21:2; 1 Tim. 1:12; 6:6.)