Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 89

Ismaʼ u obdi u tkun imbierek

Ismaʼ u obdi u tkun imbierek

(Luqa 11:28)

  1. 1. Jekk aħna smajna ’l Ġesù, se nuruh dan?

    Jiddi t-​tagħlim tiegħu u juri t-​triq.

    Nifirħu jekk nisimgħuh u nagħrfuh dan,

    Imma nitbierku jekk nobdu l-​Ħallieq.

    (RITORNELL)

    Jekk tismaʼ w tobdi s-​Sovran

    Tikseb barkiet b’mod kotran.

    Jekk trid il-​barka, il-​ferħ, u s-​serħan,

    Ismaʼ u obdi s-​Sovran.

  2. 2. Il-​mod t’għajxien jistaʼ jkun protezzjoni

    Bħal dar mibnija fuq blat tant fis-​sod.

    Jekk napplikaw taʼ Ġesù d-​direzzjoni,

    Ħajjitna mġarrfa ma tkun bl-​ebda mod.

    (RITORNELL)

    Jekk tismaʼ w tobdi s-​Sovran

    Tikseb barkiet b’mod kotran.

    Jekk trid il-​barka, il-​ferħ, u s-​serħan,

    Ismaʼ u obdi s-​Sovran.

  3. 3. Bħal siġra mħawla b’għeruqha fejn l-​ilma,

    Fl-​istaġun tagħha hi tagħti il-​frott,

    Jekk bħala wlied Alla nobdu f’kull ħidma,

    Ħajja taʼ dejjem b’barkiet sbieħ Hu jrodd.

    (RITORNELL)

    Jekk tismaʼ w tobdi s-​Sovran

    Tikseb barkiet b’mod kotran.

    Jekk trid il-​barka, il-​ferħ, u s-​serħan,

    Ismaʼ u obdi s-​Sovran.